🇲🇹 Għeżież ġenituri / kustodji,
Qed niktbulkom sabiex ninfurmawkom li t-tfal tagħkom qed ikunu mistednin sabiex jipparteċipaw f’attività fejn ser jaraw xogħol teatrali relatat mad-dinja tad-droga u l-konsegwenzi ħżiena tagħha. Din l-opportunità hija miftuħa għall-istudenti kollha tad-disa’ sena fl-iskejjel Sekondarji. Nhar il-Ġimgħa li għaddiet qassamna formola ta’ kunsens lil kull student. Min hu interessat għandu jimla din il-formola u jiffirmaha.
Studenti interessati jridu jġibu din il-formola ffirmata, flimkien ma’ €4 għat-trasport fil-Guidance room sa mhux aktar tard minn nhar l-Erbgħa 9 t’Ottubru.
Għal iktar dettalji ara d-dokument mehmuz..
Tislijiet,
It-Tim tal-Guidance
🇬🇧 Dear Parents/Guardians,
Your son/daughter is being invited to participate in a Theatre-in-Education project next week which is related to the misuse of substances and its consequences. This opportunity which is not to be missed is open to all Year 9 students in Secondary schools. Last Friday students were given a consent form each. If interested, kindly fill in and sign this consent form.
Interested students need to bring this form together with €4 for transport to the Guidance room by Wednesday 9th October.
Further details can be found in the attached document.
Regards,
The Guidance Team






Leave a comment