Teatru Ħandaq, il-grupp teatrali tal-Iskola Sekondarja Mikiel Anton Vassalli, fi ħdan il-Kulleġġ San Injazju, tella’ produzzjoni mużikali bit-titlu ‘Anastasja, il-Prinċipessa Mitlufa’ għal Jum iċ-Ċelebrazzjoni ta’ din is-sena. Din il-produzzjoni mużikali hija adattament tal-musical ‘Anastasia, The New Broadway Musical’. L-istorja tirrakkonta l-ġrajja storika u leġġendarja, imżewqa bi ftit fantażija tal-Gran Dukessa Anastasia Romonov, li wara li tkun salvat mill-waqgħa tal-Imperu Russu, tibda vjaġġ twil biex tiskopri l-passat u l-identità
tagħha.
Il-kast kien magħmul minn 32 student u studenta mid-Disa’ sal-Ħdax il-Sena tal-Iskola Sekondarja, u 7 żeffiena, li kollha urew determinazzjoni sħiħa sabiex din il-produzzjoni tkun ta’ suċċess. Il-provi għal din il-produzzjoni kienu jsiru kemm waqt il-brejk ta’ nofs in-nhar kif
ukoll wara l-ħin tal-iskola. L-istudenti kollha kien jattendu bi ħġarhom u b’entużjażmu kbir kienu jagħmlu ħilithom kollha sabiex jitgħallmu l-linji u jieħdu l-istruzzjonijiet tad-diretturi tal- produzzjoni mużikali. Ta’ importanza kbira kienu wkoll il-grupp ta’ studenti u għalliema li
ħadmu wara l-kwinti, li xogħolhom ikun importanti ferm speċjalment dak in-nhar tal- prestazzjoni.
Grupp Teatrali – Teatru Ħandaq
Skola Sekondarja Mikiel Anton Vassalli
Fi ħdan il-Kulleġġ San Injazju













Leave a comment