Kienet okkażjoni mill-isbaħ fil-jiem li għaddew meta saret żjara mill-awtur Bertram Portelli, ma’ wħud mill-istudenti tal-Iskola tagħna. Matul il-laqgħa , kien hemm l-opportunità li jiġu diskussi l-kotba, il-qari u l-proċess ta’ pubblikazzjoni ta’ ktieb.
Mument sabiħ ħafna kien meta l-istudenti kellhom iċ-ċans jistaqsu l-mistoqsijiet tagħhom u jaqtgħu xi kurżitajiet li dejjem kellhom dwar id-dinja tal-kitba u l-pubblikazzjoni.

Leave a comment

Trending