🇬🇧 Between Saturday 7th March and Saturday 14th March 2026, a group of Year 10 and Year 11 students together with 3 teachers from our school had the amazing opportunity to participate in an Erasmus+ student exchange programme in Germany. During this unforgettable week, this group visited Bergstraßen Gymnasium in Hemsbach and worked together with German students and teachers on projects related to cultural diversity, traditions, values, mass tourism, democracy and human rights.

This group explored beautiful cities such as Heidelberg, Mannheim, Frankfurt, and Weinheim, took part in educational activities, interviewed tourists, learned about European democracy, and discovered how multicultural modern cities are. They have also experienced local traditions, enjoyed cultural exchanges, and strengthened friendships that go beyond borders.

This Erasmus+ experience helped the students to grow as individuals, become more aware of their role as European citizens, and appreciate the importance of unity in diversity. It was a week full of learning, laughter, and lifelong memories!

🇲🇹 Mis-Sibt 7 ta’ Marzu sas-Sibt 14 ta’ Marzu 2026, grupp ta’ studenti tal-għaxar u l-ħdax-il sena flimkien ma’ tliet għalliema mill-iskola tagħna kellhom l-opportunità mill-isbaħ li jipparteċipaw fi programm tal-Erasmus+ ġewwa l-Ġermanja. Matul din il-ġimgħa memorabbli dan il-grupp żar l-iskola bl-isem ta’ ‘Bergstraßen Gymnasium’ ġewwa Hemsbach u ħadmu flimkien ma’ studenti Ġermaniżi fuq proġetti relatati mad-demokrazija, it-turiżmu, il-kultura u d-drittijiet tal-bniedem.

Apparti t-temi diversi li ġew diskussi, dan il-grupp kellu l-opportunita` li jżur bliet mill-isbaħ, bħalma huma Heidelberg, Mannheim, Frankfurt u Weinheim. F’dawn l-ibliet, l-istudenti kemm dawk Maltin u anki dawn Ġermaniżi ħadu sehem f’attivitajiet edukattivi, intervistaw turisti, tgħallmu dwar id-demokrazija Ewropea u skoprew kemm il-bliet moderni huma multikulturali. Apparti minn hekk, esperjenzaw tradizzjonijiet lokali, qasmu kulturi differenti u bnew ħbiberiji ġodda.

Din l-esperjenza għenet biex jikbru bħala individwi, isiru aktar konxji tagħhom infushom bħala ċittadini Ewropej u japprezzaw l-importanza tal-għaqda fid-diversità. Din żgur kienet ġimgħa mimlija tagħlim, tbissim u memorji li ser jibqgħu għal dejjem!

Leave a comment

Trending