🇬🇧 On Wednesday, 11th November, students from Year 9.1, 9.2, 9.3 and 9.4 participated in an inspiring seminar entitled “The Power Within”, held at the MUSEUM Society of Christian Doctrine Centre in Rabat.

The seminar was organised by the Society of Christian Doctrine MUSEUM, with the support of our school’s Religion Department.

Throughout this experience, our students reflected on what it truly means to be a superhero in everyday life. They explored how ordinary people can make an extraordinary difference by making thoughtful choices, showing kindness and actively helping others.

Using real-life examples of teenagers who have made a positive impact on society, students discovered inspiring role models whose lives encourage us to use our inner strength, talents and values to make the world a better place.

We are delighted to see our students participating with such enthusiasm, interest and active engagement throughout the seminar.

A heartfelt thank you to the MUSEUM Society of Christian Doctrine and our Religion Department for providing this meaningful and enriching experience!

“Because being a superhero is not about having superpowers, but about using the power within us to make a difference!”

🇲🇹 Nhar l-Erbgħa, 11 ta’ Novembru, studenti mill-klassijiet 9.1, 9.2, 9.3 u 9.4 ħadu sehem f’seminar mill-isbaħ bit-titlu “The Power Within”, li sar fiċ-Ċentru tas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija M.U.S.E.U.M. fir-Rabat.

Is-seminar ġie organizzat mis-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija M.U.S.E.U.M., bl-appoġġ tad-Dipartiment tar-Reliġjon tal-iskola tagħna.

Matul din l-esperjenza, l-istudenti tagħna rriflettew dwar xi jfisser tassew li tkun supereroj fil-ħajja ta’ kuljum. Huma ddiskutew kif nies ordinarji jistgħu jagħmlu differenza straordinarja permezz ta’ għażliet maħsuba sew, billi juru qalb tajba u jgħinu lill-oħrajn b’mod attiv.

Permezz ta’ eżempji reali ta’ żgħażagħ li ħallew impatt pożittiv fuq is-soċjetà, l-istudenti ltaqgħu ma’ persuni li jistgħu jservu ta’ ispirazzjoni u mudell għalihom. Dawn iż-żgħażagħ juruna kif nistgħu nużaw il-qawwa ta’ ġewwa fina, it-talenti u l-valuri tagħna biex nagħmlu d-dinja post aħjar.

Kuntenti naraw lill-istudenti tagħna jieħdu sehem fis-seminar b’tant entużjażmu, interess u impenn.

Grazzi mill-qalb lis-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija M.U.S.E.U.M. u lid-Dipartiment tar-Reliġjon tagħna talli pprovdew din l-esperjenza tant sabiħa u ta’ valur!

“Għax li tkun supereroj ma jfissirx li jkollok superpoteri, iżda li tuża l-qawwa ta’ ġewwa fik biex tagħmel differenza!”

Leave a Reply

Trending